A A A

Min Ahna?

​​​​​​​​​​Childwebalert Hotline

Childwebalert Hotline huwa servizz offrut mill-Aġenzija Appoġġ li jipprovdi sistema onlajn fejn il-pubbliku jkun jista’ jirrapporta siti li jinkludu materjal illegali relatat ma’ abbuż sesswali fuq it-tfal b’mod kunfidenzjali u sigur. Il-pubbliku jista’ jirrapporta permezz tas-s-sit  www.childwebalert.gov.mt, u jagħfas fuq il-buttuna “Irrapporta Abbuż” li twasslu għall-formola tar-rapport.

Liema ritratti u filmati għandhom jiġu irrappurtati?

  • Ritratti u filmati ta’ tfal jippużaw b’mod erotiku, mingħajr attivita´ sesswali
  • Attivita´ sesswali mingħajr penetrazzjoni jew masturbazzjoni tat-tfal
  • Attivita´ sesswali mingħajr penetrazzjoni bejn it-tfal u l-adulti
  • Attivita´ sesswali b’penetrazzjoni, involuti t-tfal, jew tfal ma’ adulti
  • Sadiżmu jew penetrazzjoni b’involviment t’annimali (bestjalita’)

Ir-rapport tiegħek jista’ jgħinna sabiex:

  • Internazzjonalment, l-aċċess għal kontenut li jinkludi abbuż sesswali fuq it-tfal jsir iktar difficli.
  • Jiġu protetti t-tfal vittmi ta’ abbuż sesswali milli jiġu vvitimizzati ripetittivament u milli jkunu iktar esposti ghal pubbliku
  • Jipprevenu utenti tal-internet, milli jiltaqgħu involuntarjament ma’ materjal relatat ma’ abbuż sesswali fuq it-tfal
  • Jiġu identifikati tfal abbużati fiċ-ċans li jiġu meħlusa

Rapporti fuq Childwebalert huma anonimi u kull min jirraporta m’għandux l-obbligu li jagħti informazzjoni personali, ħlief il-URL u l-indirizz tas-sit irrappurtat. Peress li l-Aġenzija Appoġġ hija membru tal-Inhope (Netwerk ta’ Hotlines internazzjonali), l-Aġenzija għanda l-obbligu li tirraporta  URLs b’kontenut li jinkludi abbuż sesswali fuq it-tfal. Dan jiġi irrapurtat fl-ICCAM Database tal-Inhope, li hija assoċċjata mal-ICSE Database tal-Interpol. Kull rapport klassifikat bhala Baseline  jiġi investigat mill-Interpol. L-għan ta’ dan huwa li mir-rapport, it-tifel/tifla jkunu jistgħu jiġu identifikati u meħlusin mill-abbuż, magħrufa bħala “victim identification.”

L-Aġenzija Appoġġ hija wahda mill-partijiet ikkonċernati fil-progett   BesmartOnline!  Dan il-proġett qiegħed jiġi implimentat b’assoċċjazzjoni ikkordinata minn Tech.mt li ġġib fi sħab l-FSWS Aġenzija Appoġġ, l-Uffiċċju tal-Kummissarjutat-Tfal, id-Direttorat tal-Kwalita u Standards tal-Edukazzjoni (DQSE), partikolarment id-Dipartiment tal-PSCD u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. L-entitajiet kollha, jaħdmu flimkien sabiex jippromovu l-ħarsien u l-edukazzjoni tat-tfal u l-addoloxxenti , tal-gwardjani u l-edukaturi, rigward l-użu sigur tal-internet.

childwebalert.gov.mt
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.