Childwebalert Hotline
Childwebalert Hotline huwa servizz offrut mill-Aġenzija Appoġġ li jipprovdi sistema onlajn fejn il-pubbliku jkun jista’ jirrapporta siti li jinkludu materjal illegali relatat ma’ abbuż sesswali fuq it-tfal b’mod kunfidenzjali u sigur. Il-pubbliku jista’ jirrapporta permezz tas-s-sit www.childwebalert.gov.mt, u jagħfas fuq il-buttuna “Irrapporta Abbuż” li twasslu għall-formola tar-rapport.
Liema ritratti u filmati għandhom jiġu irrappurtati?
Ir-rapport tiegħek jista’ jgħinna sabiex:
Rapporti fuq Childwebalert huma anonimi u kull min jirraporta m’għandux l-obbligu li jagħti informazzjoni personali, ħlief il-URL u l-indirizz tas-sit irrappurtat. Peress li l-Aġenzija Appoġġ hija membru tal-Inhope (Netwerk ta’ Hotlines internazzjonali), l-Aġenzija għanda l-obbligu li tirraporta URLs b’kontenut li jinkludi abbuż sesswali fuq it-tfal. Dan jiġi irrapurtat fl-ICCAM Database tal-Inhope, li hija assoċċjata mal-ICSE Database tal-Interpol. Kull rapport klassifikat bhala Baseline jiġi investigat mill-Interpol. L-għan ta’ dan huwa li mir-rapport, it-tifel/tifla jkunu jistgħu jiġu identifikati u meħlusin mill-abbuż, magħrufa bħala “victim identification.”
L-Aġenzija Appoġġ hija wahda mill-partijiet ikkonċernati fil-progett BesmartOnline! Dan il-proġett qiegħed jiġi implimentat b’assoċċjazzjoni ikkordinata minn Tech.mt li ġġib fi sħab l-FSWS Aġenzija Appoġġ, l-Uffiċċju tal-Kummissarjutat-Tfal, id-Direttorat tal-Kwalita u Standards tal-Edukazzjoni (DQSE), partikolarment id-Dipartiment tal-PSCD u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. L-entitajiet kollha, jaħdmu flimkien sabiex jippromovu l-ħarsien u l-edukazzjoni tat-tfal u l-addoloxxenti , tal-gwardjani u l-edukaturi, rigward l-użu sigur tal-internet.