Cookie Policy

​​ChildWEBAlert kommess li jkun trasparenti u jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur dan is-sit elettroniku. Permezz ta’ dan is-sit, ma tinġabarx informazzjoni personali fuqek bħala utent, sakemm inti ma tipprovdihiex b’mod volontarju waqt il-mili tal-formoli onlajn.​​​

X’i​​nhi cookie?

Cookie hija dejta li s-sit elettroniku jitlob lill-browser tiegħek iżomm bħala ħoloq ta’ informazzjoni fil-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Kull cookie għandha data ta’ skadenza li tiddetermina kemm din id-dejta ddum fuq il-browser. Ġeneralment il-cookies jitneħħew b’mod awtomatiku wara li jiġi fi tmiemu l-perjodu ta’ skadenza jew inkella jitneħħew b’mod manwali mill-utent.

Lie​ma tip ta’ cookies juża dan is-sit elettroniku?

Dan is-sit jagħmel użu minn żewġ tipi differenti ta’ cookies:

Session cookies: Dawn huma cookies temporanji li jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit. Dawn it-tip ta’ cookies jeskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-browser.

Limited third party cookies: Dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet oħra u mhux minn dan l-Uffiċċju, għalhekk jistgħu jkunu temporanji jew fit-tul. L-użu ta’ third party cookies fuq dan is-sit huwa ristrett għal social sharing, jiġifieri jippermettu li taqsam l-artikli tagħna f’bosta networks soċjali oħra. It-third party cookies jintuzaw ukoll meta jiddaħħal kontenut fuq il-paġni ta’ dan is-sit minn sit elettroniċi oħra.​

Kif nista’ nneħħi jew nitfi l-cookies?

Biex tneħħi jew titfi l-cookies, sakemm il-browser tiegħek mhuwiex configured, tista’ tagħmel configuration manwali tal-browser tiegħek biex tirrifjuta l-cookies jew tagħżel liema cookies iżżomm fuq dan is-sit. L-informazzjoni kollha dwar kif taġġusta l-configuration settings tinsab hawnhekk:  http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies/

It-tneħħija tal-cookies ta’ dan is-sit mhux se jaffettwa l-esperjenza tiegħek fuq dan il-browser.